“Tassew Kburi Bih” – Myles Jidher Fuq Sibtek Għal Ħuħ Jay, Ir-Rebbieħ Ta’ Big Brother Malta

Fuq il-programm Sibtek, Myles deher għall-ewwel darba fuq it-televiżjoni b’sorpriża emozzjonanti għal ħuħ Jay – ir-rebbieħ tal-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta.

Qabel ma jidħol Myles, il-preżentaturi jgħidu lil Jay li hemm persuna speċjali ħafna għalih, xi ħadd li dejjem kien iqisu bħala figura paterna u li għandu mħabba kbira lejh. B’wiċċu maħsud u mimli kurżità, Jay jistaqsi: “Min?”



Il-preżentaturi jwieġbuh: “Mhux xi ħadd li ma tafx… imma xi ħadd li taf ħafna.” Jispjegawlu li din il-persuna waslet apposta għalih, f’dan l-aħħar programm ta’ Sibtek, u li se jidher fuq it-televiżjoni għall-ewwel darba.



F’dak il-mument eżatt, jidħol Myles – ħuħ. Myles, li għandu biss ħmistax-il sena, jaqsam kif segwa lil Jay tul il-vjaġġ tiegħu f’Big Brother u kemm iħossu kburi bih. Mument sempliċi iżda mimli emozzjoni, li mess il-qlub ta’ dawk kollha li segwew il-programm.



Ritratti:

Facebook/ Sibtek

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI