Ġorġ ir-Remiġ kien isem familjari mar-Rabtin, dan għaliex hu kien ħaddied prim u kien magħruf ma’ kulħadd għas-sengħa mill-ifjen tiegħu. In-neputi tiegħu tella’ status fuq Facebook sabiex isellem lil zijuh li għadda għall-ħajja ta’ dejjem.
Hu kiteb, “Strieħ fis-sliem ziju Ġorġ ir-Remiġ. Nista’ ngħid li kont wieħed mill-favoriti u kien hemm żmien fejn kont inkun miegħek kważi kuljum. Kont għadek u ħa tibqa’ maħbub minn kulħadd, speċjalment mir-Rabtin.”
Hu jżid, “Nista’ ngħid li bis-saħħa tiegħek tgħallimt is-sengħa ta’ ħaddied u fejn wasalt illum. Min jaf kemm-il darba kont tgħidli ejja Liam mur prova iwweldja. Grazzi wkoll tal-istejjer li kont tirrakkontali kuljum li qas kien ikolli aptit nitlaq minn ħdejk sakemm tieqaf.”
Fl-aħħar Liam jgħid, “Kont u ħa tibqa’ uniku zi u sellili għan-nanna u n-nannu. Hu ħsieb ukoll lil ħutek kollha li għadom magħna speċjalment lil missieri li kollha kienu jiġu jittawlulek il-garaxx. Mur gawdi hemm fuq issa zi u għall-aħħar ngħidlek grazzi Xerrif.”