“Tfal, Grazzi Kbira Tal-Festa Li Għamilna Llejla Ma’ Ġesù U Ma’ Spajk!” – Fr. Anthony Fitzpatrick

Kemm hu sabiħ meta jkun hemm inizjattivi u modi ġodda kif it-tfal jiġu mħajjra jipparteċipaw fil-Knisja. Grazzi għal Fr. Anthony Fitzpatrick, il-Parroċċa Marija Reġina fil-Marsa lbieraħ saret ċelebrazzjoni b’differenza.

“Tfal, grazzi kbira tal-festa li għamilna llejla ma’ Ġesù u ma’ Spajk!” kiteb Fr. Anthony b’referenza għall-pupazz li għen fiċ-ċelebrazzjoni.

“Grazzi lill-ġenituri u kustodji, Grazzi lill-katekisti, dawk li janimaw u lil dawk kollha li jgħinu matul il-ġimgħa biex ngħixu din l-esperjenza sabiħa kull nhar ta’ Sibt!”

“Niltaqgħu nhar is-Sibt!”





Facebook/Parroċċa Marija Reġina Marsa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI