Il-pandemija ġabet magħha fost l-ikbar dieqa kbira u tensjoni għal dawk li waslu biex iwelldu jew saru ommijiet. Sfortunatament barra minn xtutna jiġu rrappurtati ammonti kbar ta’ każijiet fejn l-ommijiet jinstabu pożittivi u jkollhom jiġu mifrudin minn mat-tarbija li welldu.
Malta News Photos and People xerrdu din l-istorja li minkejja fiha d-dieqa tagħha, tispiċċa b’sens kbira ta’ tama. “Kienet tqila u ddaħlet l-isptar b’urġenza tiġġieled ghan-nifs minħabba l-Covid-19… welldet mingħajr ma kienet taf… tagħmel jiem tiġġieled bejn ħajja u mewt… fl-aħħar jiem tirritorna f’darha u tgħannaq għall-ewwel darba lit-tarbija”. L-omm minn Texas għaddiet minn perjodu ikrah minħabba l-virus, iżda permezz tal-kura u l-kuraġġ irnexxielha tfieq u tirritorna mal-wild tagħha.
Nibqgħu nibżgħu għal xulxin!
