Kmieni dalgħodu l-Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor Evarist Bartolo tkellem wara xnigħat li qed jiġru bħalissa. Jidher li ħafna staqsewh jekk hu għandux il-Covid. Il-Ministru stess jgħid, “Tgħidx kemm ċempluli nies u bagħtuli messaġġi”. Imma l-ministru mhux pożittiv għall-Covid-19 u jistqarr li jagħmel it-test ta’ spiss u dejjem ħareġ negattiv.
Imma kif bdiet din l-ixniegħa? Evarist Bartolo jgħid li, “Inxterdet għax il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Belġu ittestjat pożittiva u anke ddaħħlet għall-kura. Jien u l-ministru konna fl-istess laqgħa”. Malajr kien hemm minn għamel is-somom tiegħu u vvinta li l-ministru għandu l-Covid! Evarist jgħid li fil-laqgħa ttieħdu l-miżuri kollha biex jikkontrollaw l-imxija.
Komli bil-ħidma siewja tiegħek Ministru!