Wara ġimgħa sħiħa bla każijiet, il-Ġimgħa u s-Sibt instabu żewġ każijiet ġodda. Dan fisser li t-total ta’ tliet każijiet attivi tela’ mill-ġdid għal ħamsa. Dan xorta jawgura tajjeb għal pajjiżna, iżda wkoll ifisser li għandna nieħdu kull prekawzjoni meħtieġa minħabba li l-virus għadu jdur.
Iżda tajjeb li ngħidu li wara jumejn ta’ żewġ każijiet, illum jidher li ħa jkollna ġurnata pożittiva skont il-paġna Gerald Fenech Covid19 News Updates, dan għaliex fl-aħħar 24 siegħa ma nstabu ebda każijiet pożittivi f’pajjiżna.
Il-konferma uffiċjali toħroġ għal ħabta tan-nofs siegħa fuq il-paġna uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa, Saħħ. Il-jum tal-Ħadd hu jum li fih qed isiru l-inqas testijiet. Dan rajnieh mill-bidu nett tal-pandemija u issa li s-Sajf qed magħna aktar u aktar.
Importanti li nibqgħu nieħdu ħsieb.