Paul u Denise Mintoff, żewġ uċuħ familjari mat-telespettaturi tat-televiżjoni lokali. Iżda jkollna nistqarru li ilna ftit ma narawhom f’xi programm jew sensiela lokali. Rajniehom f’xi riklami iżda dak kollox.
Tul l-aħħar snin, rajna lil binthom Paula Mintoff, tittanta xortiha fid-drama u kull min kien isegwi L-Għarusa jista’ jgħid li tassew ħadet it-talent tal-ġenituri tagħha f’dan il-qasam.
Aktar kmieni llum, Denise tellgħat ritratt bil-kliem li bħalissa qed jaħdmu fuq xi ħaġa. Min jaf jekk dan hux ħa jkun ir-ritorn tagħhom għal xi sensiela lokali? Li nafu żgur, xi ħaġa ġdid qed jiffilmjaw żgur!
Facebook / Paul Mintoff