Tħalli Din Id-Dinja Sr Eulalia Ferriggi Li Marret Tiltaqa’ Mal-Ħallieq Tagħha Fit-8 Ta’ Marzu

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Augustinian Sisters Servants of Jesus and Mary sellmu l-memorja ta’ Sr Eulalia Ferriggi li ħallietna lbieraħ.

Qalu, “Insellmu lil Sr Eulalia Ferriggi li marret tiltaqa’ mal-Ħallieq tagħha fit-8 ta’ Marzu 2026.  Sr Eulalia bdiet il-mixja reliġjuża tagħha fi ħdan il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Agostinjani 78 sena ilu ir-Rabat Malta.”

Żiedu, “Hija tat is-servizz tagħha f’bosta komunitajiet tagħna f’Malta u għal xi żmien, fil-komunità tagħna ta’ Għawdex. Sr Eulalia tat sehemha wkoll fl-iskejjel tagħna bħala edukattriċi tas-snin bikrin.  Grazzi tal-“Iva” tiegħek Sr Eulalia. Issa li ingħaqadt aktar mill-qrib mal-Ħallieq tiegħek, itlob għalina sabiex aħna wkoll inġeddu l-Iva tagħna kuljum.”

Qalu wkoll, “Il-funeral se jsir għada it-Tlieta 10 ta’ Marzu 2026 fil-kappella tal-kunvent tas-Sorijiet Agostinjani l-Mosta fis-2:30p.m.”

Minn Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI