"The Grandma Of The Year Ilha Ssir Sitt Snin… Dejjem Tajt Ċans Lil Kulħadd U Ser Nibqa' Nagħmel Dan" – Ivan Gaffiero

Il-preżentatur Ivan Gaffiero sitt snin ilu beda konkors li jfisser ħafna. Konkors li ma tantx konna naraw bħalu, fejn jagħti ċ-ċans lil mudelli ta’ età avvanzata, u mudelli li jkunu nanniet. 

Is-sbuħija m’għandhiex età, u dan jiġi pruvat fil-konkors ta’ Gaffiero, The Grandma Of The Year. Għall-2023 Gaffiero għadu kif ħabbar il-finalisti li qed jikkompetu. 

“Għamilt ħafna affarijiet f’ħajti, però din ta’ The Grandma of the Year ilha ssir 6 snin u ħloqtha jien, u nixtieq li nibqa’ msemmi għalih. Dejjem tajt ċans lil kulħadd u ser nibqa’ nagħmel dan…”

Nawguraw minn qalbna lin-nanniet finalisti kollha, u Prosit bħal dejjem lil Gaffiero li jaħseb f’kulħadd! 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI