Thea Aquilina Tirbaħ Is-Sitt Edizzjoni Ta' Kantamagħna Permezz Tal-Kanzunetta ‘I Will Survive’!

Ilbieraħ filgħaxija sar il-konkors tant mistenni, Kantamagħna fejn 30 kontestant ipparteċipaw fis-6 edizzjoni tal-konkors organizzat minn DCapitals Big Band.

Thea Aquilina rebħet il-konkors bil-kanzunetta ‘I Will Survive’. Wara r-rebħa fenominali tagħha, hi kitbet post fuq Facebook biex tirringrazzja lil DCapitals Big Band, Mro. George Apapa, il-ġenituri tagħha u lil sħabha.





Fil-Kantamagħna Junior, Joy Xerri ġiet fit-tielet post, Aaliyah Grech fit-tieni post u Giorgio Anici Camilleri fl-ewwel post. Filwaqt li fil-Kantamagħna Senior, fit-tielet post ġiet Ema Vella, fit-tieni post Nicole Hammet u fl-ewwel post, Thea.

Prosit lil kulħadd!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI