Il-Union for Professional Educators (UPE) reġgħet qabżet għad-drittijiet tal-għalliema billi appellat għal bidla fil-metodu kif isir it-tagħlim wara li s-sitwazzjoni tal-pandemija gravat drastikament.
Il-union żiedet anke xi direttivi għall-edukaturi fosthom li ħadd minnhom m’għandu jaċċetta tibdil fl-iskeda tal-lezzjonijiet, biex ma jiġbrux flus f’isem l-iskola rispettiva ta’ fejn jaħdmu, li ma jużawx l-apparat personali tagħhom u kif ukoll biex joqogħdu lura milli jiċċekkjaw xi propjeta minn tal-istudenti bħall-basktijiet ngħidu aħna.
Membri tal-UPE m’humiex obbligati jiċċekkjaw it-temperaturi jew l-ilbies tal-maskri. Il-union tħoss li l-awtoritajiet jeħtieġu jipproteġu aktar lill-edukaturi kollha mit-theddida li jinsabu fiha u titlob għal sistema ta’ tagħlim online b’mod immedjat.
Google Images/ Alamy