Il-Gżejjer Maltin esperjenzaw theżżiża kmieni dalgħodu li ħasdet numru ta’ lokalitajiet. F’intervista ma’ TVAM, il-Professur Pauline Galea, li tmexxi l-Grupp ta’ Riċerka dwar il-Monitoraġġ Sismiku tal-Università ta’ Malta, qalet li dan ix-xahar biss huma rreġistraw 15-il theżżiża, inkluża dik qawwija ta’ kmieni dalgħodu.
Waqt l-intervista tal-istess programm hi qalet, “M’hemmx il-possibbiltà ta’ tsunami.” Hi tgħid li din seħħet minħabba l-proċess ġeoloġiku li bħalissa qed jimmonitorjaw, bil-post ta’ ħafna minn dawn it-theżżiżiet iseħħu 20km fin-nofsinhar tal-kosta ta’ Malta.
“Matul dawn l-aħħar snin, konna niskopru aktar theżżiż għax żidna tagħmir madwar il-gżejjer,” tkompli tgħid il-Professur Galea, issa għandhom il-faċilità li jkejlu anke l-iżgħar theżżiża li qabel ma setgħux jagħmlu dan.
Meta mistoqsija jekk nistgħux nistennew aktar tregħid, il-Professur Galea nnotat li “jista’ jkun hemm oħrajn iżgħar, “theżżiża bħal din ma kinitx mistennija,” u huwa impossibbli li wieħed ibassar oħrajn futuri.
Carmelo Mizzi minn Malta taghna w tal imghoddi / Facebook