“Tibżgħux Min-Nies Li Jużaw Poteri Tad-Dinja Biex Mingħalihom Jagħmlu Li Jridu” – Maria La Barokka Muscat

Il-preżentatriċi, ġurnalista u kantanta Maria Muscat, magħrufa aħjar bħala La Barokka, hi rikonoxxuta ħafna għall-pariri li tħobb tikteb fuq il-midja soċjali. Tal-lum kienet dwar il-biżà li xi wħud jaf ikollhom biex jitkellmu kontra l-ħażen.

“Tibża’ qatt titkellem kontra l-ħażen…,” bdiet hi. “Tibża’ qatt min-nies li jilbsu ħwejjeġ ta’ poter biex jimpressjonawk li huma allat.  Alla wieħed biss hemm, u allura anki jekk tbati fiżikament jew emozzjonalment, tibżax titkellem il-verita’.  Nemmen bil-qawwa li Alla jipproteġik.  Vera ma tieħux midjalji f’din id-dinja, imma qalbek tkun fil-paċi.”





Maria kompliet billi qalet: “Ilbieraħ ddiżgustajt ruħi b’wieħed mis-saċerdoti akkużat li stupra tifel…u b’mod arroganti għall-aħħar staqsiena jekk hux narawh jibki!  Tibżgħux min-nies li jużaw poteri tad-dinja biex mingħalihom jagħmlu li jridu. Tibżgħux minnhom. Għalhekk jien qatt ma nibża’ nitkellem.  U ma nibża’ minn ħadd ħlief minn Alla l-imbierek.”

Taqbel ma’ Maria, jew għandek xi opinjoni oħra? Iktbilna fil-kummenti.

Facebook/Maria La Barokka Muscat



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI