Illum huwa jum speċjali għal Lara, l-kantanta mill-grupp Lara & The Jukeboys. Riċentament rajnihom jipparteċipaw fil-festival Mużika Mużika permezz tal-kanzunetta Indur Għalik. Il-band ilhom flimkien mill-2017.
Lil Lara niftakruha wkoll bħala attriċi fosthom fis-serje popolari D.R.E.A.M.S kif ukoll tintepreta wieħed mill-karattri prinċipali fis-serje Katrina. Għandha għal qalbha ferm il-palk ukoll hekk kif rajnhija bħala attriċi tinterpreta l-karattru ta’ Agatha Barbara fil-musical il-Perit. Ipparteċipat ukoll kemm il-darba f’Rockestra.
Awguri minn qalbna u nittamaw li kellek jum mill-isbaħ!