Tiċċelebra L-Ġurnata Speċjali Tagħha L-Attriċi Nathalie Micallef – Tirċievi Bosta Xewqat Sbieħ!

Tikber sena oħra attriċi li rajnieha f’bosta produzzjonijiet li tant ħallew impatt fuq is-segwaċi Maltin u Għawdxin, fosthom It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri, Anġli, Dejjem Tiegħek Becky, Iċ-Ċaqqufa, KC u ħafna aktar. 





Fil-fatt illum taħlaq sninha Nathalie Micallef! Żewġha Mario Micallef ħa ħsieb iħallilha l-messaġġ tiegħu flimkien ma’ ritratt mill-isbaħ ta’ din l-attriċi sabiħa minn barra u minn ġewwa. Bosta kienu l-kummenti li minnufih bdew tilgħin fuq l-awgurju li ħalla Mario. 

Lil din il-koppja ħelwa smajna ħafna mingħandhom fuq it-televiżjoni, fosthom sena ilu f’intervista li kellhom ma’ Owen Bonnici fuq Prime Time. Jidher biċ-ċar il-karattru dħuli li għandhom dawn iż-żewġ atturi. Tistgħu terġgħu ssegwuha hawn taħt:



Awguri kbira lil Nathalie f’din il-ġurnata speċjali!

Facebook/ Mario Micallef

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI