“Tidħlux Fl-Ajruporti Għax Mhux Sigur Għall-Passiġġieri. Il-Bumbardamenti Kemm Fuq Abu Dhabi Kif Ukoll Fuq Dubai Għadhom Għaddejjin.” – Embassy of Malta In UAE

Passaport Malti

Għadha kif ħarġet komunikazzjoni urġenti għal dawk il-Maltin u Għawdxin li qegħdin fil-UAE. L-avviż ħareġ fid-dawl tal-bumbardamenti li qed isiru fuq Abu Dhabi u Dubai.

Il-paġna Embassy of Malta in UAE għadha kemm ġiet infurmata dalgħodu li xi lukandi qed jitolbu lin-nies biex imorru l-ajruporti biex jaqbdu t-titjiriet.

L-avviż jgħid, “JEKK JOGĦĠBOK TIDĦOLX fl-ajruporti għax mhuwiex sigur għall-passiġġieri. Il-bumbardamenti kemm fuq Abu Dhabi kif ukoll fuq Dubai għadhom għaddejjin dalgħodu.”

Il-passiġġieri li mhux se jkunu qed imorru l-ajruport, għandhom iżommu kuntatt mal-linja tal-ajru tagħhom, u jikkonfermaw dwar il-messaġġi mal-Ambaxxata ta’ Malta fl-UAE u/jew il-Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Dubai.

Jidher li l-ajruporti għandhom jibqgħu jiġu evitati bħalissa u jrid ikun hemm konferma uffiċjali u approvazzjoni mill-awtoritajiet f’każ li titranġa s-sitwazzjoni.

Dawn huma numri fejn wieħed għandu jagħmel kuntatt għal aktar informazzjoni jew assistenza:
– Ambaxxata ta’ Malta (Abu Dhabi)
– Telefon ta’ Emerġenza: +971 504683915
– Konsulat Ġenerali ta’ Malta f’Dubai
– Telefon ta’ Emerġenza: +971 523846727







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI