"Tieħu Qatgħa Meta Tirċievi Dak Ir-Riżultat… L-Ewwel Ħsieb Li Għaddieli Minn Moħħi Kien…" – Jasmine Abela Titkellem Mill-Esperjenza Tagħha

Il-kantanta Jasmine Abela, persuna maħbuba minn bosta, ftit ilu għamlet kuraġġ u ħasset li għandha tgħid fuq il-mezzi soċjali tagħha rigward ir-riżultat li kellha tal-Covid-19.

Dan għamlitu għal intenzjoni waħda, biex mill-esperjenza tagħha tħeġġeġ lil kulħadd biex ma jiġġudikax lil kull min jirriżulta pożittiv. Iżda jkun hemm għas-sapport morali f’dawn il-mumenti.





“Ovvjament mhux xi ħaġa sabiħa, pero sfortunatament hija r-realtà li qegħdin ngħixu fiha. Tiehu qatgħa meta tirċievi dak ir-riżultat ‘detected’ imma importanti li tagħmel kuraġġ u tgħid issa li hemm hemm u ser niġġildilha! L-ewwel ħsieb li għaddieli minn moħħi kien biex navża lin-nies li kont f’kuntatt magħhom, li ma kienux ħafna, ghax minn dejjem noqgħod attenta, imma l-inkwiet sakemm jirċievu r-riżultat tagħhom, jieklok.”

Fil-fatt għalkemm Jasmine waħda minn dawk li kienet toqgħod b’seba’ għajnejn, u ħin kollu kawta waqt din l-imxija, ir-riżultat tagħha kien ġie pożittiv. “Qed niħodha ġurnata b’ġurnata u nipprova nokkupa ruħi kemm jista’ jkun waqt li qiegħda ġewwa. Jekk hawn xi ħadd li qiegħed fil-pożizzjoni tiegħi, agħmlu kuraġġ! Il-Covid-19 sfortunatament saret xi ħaġa komuni ħafna, ejja noqogħdu attenti kemm jista’ jkun u insegwu dak li jgħidulna l-awtoritajiet ħalli jieqaf jinfirex dan l-imbierek virus!”

Jasmine xtaqet anke tindirizza lil kull min ukoll għaddej minn din l-esperjenza mhux daqstant faċli. Tieħu l-okkażjoni tħeġġeġ lin-nies biex ikunu hemm għal xulxin u jagħtu appoġġ mhux jiġġudikaw. “Kull min ikun qiegħed kwarantina, pożittiv jew le, moral support ikollu bżonn u mhux xi ħadd jiġġudikah jew jipprova jaqta’ minn fejn ikun ħadu, is-sitwazzjoni mentally draining biżżejjed kif inhi. Jiena waħda mill-aktar nies li dejjem qadt attenta, waħda min dawk li sħabi u ta’ madwari jsejħuli ‘ifissata’, iġifieri ma tistax tgħid u tiġġudika. Ħudu ħsieb u kuraġġ lil kulħadd, ejja niġġildulha flimkien!

Kuraġġ Jasmine – Grazzi li qsamt magħna dal-ħsieb qawwi u j’alla jgħaddi kollox malajr kemm jista’ jkun! Nieħdu l-okkażjoni biex nagħtu l-appoġġ tagħna lil kull min għaddej minn l-esperjenza qarsa tal-Covid-19. KURAĠĠ nies!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI