"Tifla Tal-Ġenn Inti Ylenia… Minn Dejjem Kont… Aħna Warajk" – Shasha Fabri Lil Ylenia, Eks Studenta Tagħha

Ftit ilu l-paġna tagħna Gwida.mt ippubblikat filmat meħud minn mument partikolari tal-bieraħ waqt it-tieni staġun ta’ Love Island Malta. Il-mument wara li Ylenia sfortunatament kellha tagħżel li telimina lil xi ħadd mit-tliet subien li ġabu l-inqas voti mill-pubbliku.

Ylenia dehret emozzjonata u ċertament ma xtaqitx li tispiċċa f’din is-sitwazzjoni tant antipatika. Shasha Fabri, omm wieħed mill-iktar islanders favoriti tal-Maltin, Sven, ikkummentat taħt il-filmat ta’ Ylenia fejn xtaqet tesprimi kemm tammiraha.



Ylenia Grech



Ritratt: Facebook/ Love Island Malta

Skoprejna anke li Ylenia hi eks studenta ta’ Shasha! “Tifla tal-ġenn inti Ylenia… minn dejjem kont… waħda mill-aqwa studenti tiegħi, bil-karattru u anki bħala makeup artist… Ibqa’ soda aħna warajk,” kitbet Shasha.



Shasha Fabri Gwida.mt

Ritratt: Shasha Fabri/ Gwida.mt

Facebook/ Shasha Fabri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI