Tiġi Kkanċellata L-Purċissjoni Tal-Madonna Tad-Duluri Tal-Belt Valletta Minħabba Temp Instabbli

Għadu kif tħabbar li minħabba t-temp instabbli li qed joqlot lill-gżejjer Maltin illejla, il-purċissjoni tal-Madonna tad-Duluri li ta’ kull sena ssir fit-toroq tal-Belt Valletta se tkun qiegħda tiġi kkanċellata.

Fi stqarrija l-Knisja ta’ Ġieżu fissret kif din id-deċiżjoni kienet waħda diffiċli ferm iżda sostnew li kienet meħtieġa sabiex tiġi żgurata s-sigurtà ta’ dawk kollha li kienu se jattendu.

Intant huma spjegaw li issa li l-purċissjoni mhijiex se tkun qiegħda sseħħ, minflok kulħadd mistieden jinġabar fil-Knisja sabiex permezz tar-rużarju jseħħu xorta waħda r-riflessjonijiet li s-soltu jseħħu matul il-purċissjoni.

“Wara jkompli normali l-programm tal-quddies kif pjanat,” spjegat il-Knisja ta’ Ġieżu fl-istqarrija li ppublikat fuq il-midja soċjali.







Ritratti:

Facebook / Knisja Ta’ Ġieżu – Patrijiet Franġiskani L-Belt Valletta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI