Il-Parroċċa ta’ Marsaskala kitbet fuq il-paġna tagħha dwar ċelebrazzjonijiet tradizzjonali Filippini, li apparti l-kuluri u ferħ li jġibu magħhom, għandhom l-għeruq tagħhom fil-Kristjaneżmu.
Spjegaw, “Il-festa ta’ Santo Niño hi waħda mill-iktar ċelebrazzjonijiet ikkuluriti, u ta’ tifsir kbir, tal-komunita` Filippina. Tikkommemora meta wasal il-kristjaneżmu fil-Filippini u jonoraw lil Ġesu Kristu. Din it-tradizzjoni ta’ ferħ, iċċelebrata fit-tielet Ħadd ta’ Jannar, sabet postha f’Marsaskala, Malta, fil-Parroċċa ta’ Sant’ Anna.”
Żiedu jgħidu, “Din il-festa tgħaqqad flimkien it-twemmin u l-kultura permezz ta’ purċissjoni ma’ x-xatt, quddiesa bil-Kor Filippin, u żifna enerġetika Sinulog, b’akkumpanjament tat-tanbur u l-bikja ‘Viva Pit Señor!’ Din iċ-ċelebrazzjoni tkompli b’ikel Filippin u festi tradizzjonali, tilqa’ Maltin lokali u turisti, u tirrifletti d-devozzjoni, unita`u kultura.”
Facebook / Marsaskala Parish