Jidher li se jkun hemm prova tas-sireni t’emerġenza fil-Power Station ta’ Delimara għada filgħodu.
L-Enemalta tavża li se tagħmel prova tas-sireni tal-emerġenza fil-Power Station ta’ Delimara għada t-Tlieta 7 ta’ Settembru fid-9 ta’ filgħodu. Dan l-eżerċizzju jsir ta’ kull sena. L-Enemalta regolarment tippjana u tagħmel provi tas-sistemi u taħriġ neċessarju għal każi t’emerġenza flimkien m’entitajiet u awtoritajiet nazzjonali, sabiex dejjem tkun imħejjija għal kull emerġenza.
Għaldaqstant il-pubbliku m’għandux jallarma ruħu jekk jisma’ d-daqq tas-sirena.