Tindif Immedjat Wara L-Festa Ta’ San Ġużepp Ġewwa R-Rabat

llbieraħ, ir-Rabat kien mimli ħajja u ferħ hekk kif ġiet iċċelebrata l-Festa ta’ San Ġużepp – waħda mill-aktar festi mistennija minn ħafna Maltin. It-toroq imtlew bin-nies, il-marċi u l-atmosfera sabiħa li tgħaqqad il-komunità.

Iżda, kif jiġri spiss wara okkażjonijiet bħal dawn, ftit sigħat wara t-tmiem tal-festa, beda jidher ukoll wiċċ ieħor tar-realtà. Ritratti li bdew iduru fuq il-midja soċjali wrew ammont konsiderevoli ta’ skart fit-toroq: bħal fliexken, xi skart ieħor u karti mifruxa. 



Madankollu, ftit wara, beda wkoll tindif immedjat minn ħaddiema u voluntiera li ħadmu biex ir-Rabat jerġa’ lura għall-istat nadif tiegħu. Ix-xogħol tagħhom ma jgħaddix inosservat  u juri kemm hemm dedikazzjoni biex jinżamm ambjent nadif minkejja ċ-ċirkostanzi.



Forsi din is-sitwazzjoni tqajjem mistoqsija importanti: nistgħu ngawdu l-festi mingħajr ma nħallu warajna dan l-ammont kollu ta’ skart? Ir-ritratti li tqassmu jagħtu stampa ċara ta’ dak li ħafna drabi jiġri wara avvenimenti kbar bħal dawn, filwaqt li juru wkoll ix-xogħol li jsir wara biex kollox jerġa’ lura kif suppost.



Ritratti:

Facebook/ Clean Malta-Cleansing and Maintenance Division

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI