Bħalissa qed tingħata l-aħħar tislima lil Jake Vella fil-Knisja Parrokkjali ta’ Birżebbuġa. Mijiet ta’ ċiklisti saqu wara l-hearse mill-Isptar Mater Dei għal Birżebbuġa fejn ħafna u ħafna nies ingħaqdu biex jagħtu l-aħħar tislima.
Il-quddiesa bdiet fl-10:30, konċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
Sfortunatament Jake ħalliena fit-30 t’Awwissu wara diversi snin jissielet mar-ROHHAD. Jake jibqa’ mfakkar għall-kontribuzzjonijiet u l-abilatijiet atletiċi biex jgħin diversi karitajiet speċjalment tal-annimali abbandunati.