Illum ingħatat l-aħħar tislima lill-għażiża Lonza Busuttil li tilfet ħajjitha ftit ġranet ilu!
Ħafna persuni ngħaqdu fil-parroċċa ta’ Marija Annunzjata ta’ Ħal Tarxien għall-funeral tagħha. Lonza se tibqa’ tiġi mfakkra bħala mara b’qalbha tajba li dejjem kattret is-sewwa.
Lonza Busuttil ħallietna t-Tnejn li għadda 23 t’Awwissu għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħodu. Hi mietet fid-dar tagħha flimkien mal-kelb tagħha fi Triq Betta f’Ħal Tarxien wara li żviluppaw xi nirien.
Strieħ fil-paċi Lonza!
talk.mt