Tinġabar Donazzjoni Mill-Isbaħ Għal Puttinu Fil-Funeral Ta’ Eugenia Bonello

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Eugenia Bonello li ħalliet din id-dinja riċentament fl-għomor ta’ 67 sena. Fil-funeral tagħha nġabret somma sabiħa għal Puttinu.

Huma qalu, “B’tifkira u b’għożża kbira niftakru f’Eugenia Bonello, ta’ 67 sena, li marret tiltaqa’ mal-Mulej fl-4 ta’ Jannar. F’ġest sabiħ ta’ mħabba u solidarjetà, il-familja u l-ħbieb tagħha ġabru donazzjonijiet b’tifkira tagħha, u nġabret is-somma sabiħa ta’ €2,062 b’risq Puttinu Cares.”

Żiedu wkoll jgħidu, “Nirringrazzjaw minn qalbna lil kulħadd għal din il-ġenerożità kbira, u nżommu lil Eugenia u lill-familja tagħha fit-talb u fil-ħsibijiet tagħna.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI