Tinġabar Is-Somma Ta’ €1,740 Minn Giovanni Mifsud F’Għeluq Is-70 Sena Tiegħu

Puttinu Cares qasmet l-istorja ta’ Giovanni Mifsud li għal għeluq is-70 sena tiegħu għażel li jiċċelebra din l-okkażjoni speċjali billi jiġbor donazzjonijiet b’risq l-għaqda tagħhom.

Għal għeluq sninu, martu Margaret iddeċidiet li torganizzalu festin fejn bosta mistiedna laqgħu l-istedina sabiex jiċċelbraw miegħu. Giovanni Mifsud ma xtaq li jingħata l-ebda rigal iżda minflok esprima xewqtu li juża din l-okkażjoni biex jiġbor donazzjoni għal Puttinu Cares u b’hekk ikun qed jagħmel differenza fil-ħajja ta’ ħaddieħor. B’hekk minflok rigali, il-mistednin ġew  imħeġġa jagħtu d-donazzjonijiet tagħhom.



…U r-riżultat? Givoanni rnexxielu jiġbor is-somma prominenti ta’ €1,740 li  skont Puttinu, ġiet ippreżentata dalgħodu, bħala sinjal ċar ta’ kemm il-ġenerożità tista’ tgħaqqad lin-nies għal kawża waħda.Dan il-ġest juri mhux biss il-qalb kbira ta’ Giovanni, iżda wkoll l-imħabba u l-appoġġ ta’ dawk ta’ madwaru li għażlu li jkunu parti minn din l-inizjattiva tant sabiħa.



F’messaġġ ta’ ringrazzjament min-naħa ta’ Puttinu, ġiet espressa gratitudni lejn Giovanni għall-qalb tajba u l-ġenerożità tiegħu, filwaqt li ntbagħtulu wkoll l-isbaħ xewqat – saħħa, ferħ u ħafna snin oħra mimlijin mumenti sbieħ.



Ritratti:

Facebook/ Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI