Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares tkellmu dwar ġest sabiħ waqt il-funeral ta’ Danjel Cuschieri hekk kif inġabret somma sabiħa għal Puttinu. Danjel sfortunatament ħalla din id-dinja ftit jiem biss qabel l-għażiż missieru ftit tal-jiem ilu.
Huma qalu, “B’qalb mimlija gratitudni nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min ta d-donazzjoni waqt il-funeral ta’ Danjel Cuschieri. Bis-saħħa tal-ġenerożità tagħkom inġabru s-somma ta’ €1008 b’risq Puttinu Cares. Dan il-ġest ta’ solidarjetà jfisser ħafna u se jgħin lil ħafna tfal u familji li għandhom bżonn l-appoġġ. Grazzi mill-qalb lil kulħadd.”
Kondoljanzi minn qalbna lill-familja kollha.