Tinġabar Somma Sabiħa Għal Puttinu Fil-Funeral Ta’ Sandro Grech

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Puttinu Cares sellmu l-memorja ta’ Sandro Grech li ħalla din id-dinja riċentament. Fil-funeral tiegħu nġabret somma sabiħa għal Puttinu.

Huma qalu, “Insellmu l-memorja ta’ Sandro Grech li b’sogħba kbira tlifnih fl-età ta’ 41 sena. L-għażiża martu Abigail xtaqet li waqt iċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu jingħataw donazzjonijiet lil Puttinu, u nġabret is-somma ta’ €650. Grazzi lil kull min ikontribwixxa. Itlob għalina mill-ġenna, Sandro. Kondoljanzi sinċieri u nżommu fit-talb tagħna lil martu Abigail, lil uliedu, lill-ġenituri, qraba u ħbieb.”

Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI