Tinġabar Somma ta’ €6,000 Għaċ-Ċkejken Rohit Biex Issir L-Operazzjoni Li Għandu Bżonn

B’aħbar tajba nħabbru li llum intlaħqet is-somma ta’ €6,000 li ċ-ċkejken Rohit għandu bżonn biex issirlu l-operazzjoni ta’ jdejh. It-tabiba Georgiana kienet għamlet appell wara li kienet hi li eżaminatu u sabet li kellu marda f’idejh magħrufa bħala ‘club hands’.





“Illum, nixtieq nirringrazzjakom kollha tal-ġenerożità tagħkom biex tgħinuna bil-ġbir ta’ fondi għall-operazzjoni tal-idejn ta’ Rohit.”

Dr. Georgiana tgħid li grazzi għall-għajnuna tan-nies, il-gwardjani ta’ Rohit “issa qegħdin ifittxu għall-aktar pedjatriku u ortopediku xieraq li jista’ jagħmel il-ħolma ta’ dan it-tifel żgħir realtà!”



Grazzi lil kull minn kien parti minn din il-ġabra!

Facebook/Be Holisitcally Healthy, MD

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI