Dalgħodu fuq il-paġna uffiċjali Kunsill Lokali Ħal Qormi ma tantx bdejna b’aħbarijiet sbieħ.
Il-vandaliżmu u d-disrispett għadu qed jirrenja f’ċertu individwi li kuntenti jġibu latrina fi stat tal-biża’. Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi juri d-dispjaċir wara att bħal dan.
“Il-Kunsill jikkundanna dan l-att vandalu fil-letrina ta’ Sqaq iŻ-Żenqa. Minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà din il-letrina se tinżamm magħluqa.”
Kieku naħsbu aktar b’moħna qabel ma nagħmlu att bħal dan, ingawdu aħna u igawdu ta’ madwarna. Ovvjament minħabba xi wħud, ħadd mhu ser ikun jista’ juża din il-letrina sakemm tiġi msewwija. Kif jgħidu, mal-ħażin jeħel it-tajjeb!