Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Anabel Mangion

Riċentament ingħatat l-aħħar tislima lil Anabel Mangion li ħalliet din id-dinja. Permezz ta kitba fuq il-paġna tagħhom, Celebrate Life Malta sellmu l-memorja tagħha

Huma qalu, “Il-kuġina l-kbira tiegħi Anabel … Il-familja tagħna tilfet lill-għażiża Anabel kmieni lbieraħ filgħodu fl-età ta’ 46 sena. Filwaqt li għandna sens ta’ toqol u niket kbir, inħossuna grati għall-ħajja kwieta u eżemplari li qasmet magħna Anabel. Fit- tbatija tagħha, xorta kienet tagħmel minn kollox biex tarana flimkien u magħqudin.”

Żiedu jgħidu, “Anabel, int ma kontx tinsa birthday jew anniversarju ta’ xi wieħed u waħda minna. Bil-mod ħelu tiegħek kont tawguralna u tagħtina l-isbaħ xewqat mill-qalb. Issa aħna nwegħduk li se nżommuk f’qalbna u f’moħħna dejjem, mhux fl-anniversarji biss.”

Mit-tim ta Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari kollha tagħha. Tistrieħ fis-sliem.







Ritratti:

Facebook/Anabel Mangion

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI