Tingħata L-Aħħar Tislima Lil Dun Salv Tabone

Riċentament ħalla din id-dinja Dun Salv Tabone, saċerdot Għawdxi mill-parroċċa tal-Funtana f’Għawdex. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesu’ tal-Fontana sellmu l-memorja tiegħu.

Qalu, “Illejla, il-Parroċċa tal-Fontana tilfet wieħed minn uliedha u mis-saċerdoti tagħha, MONS. SAVIOUR TABONE. Ħalliena fl-eta’ ta’ 75 sena, wara 50 sena saċerdozju u wara numru ta’ snin imġarrab bis-salib tal-mard.”

Żiedu,”Il-Mulej jgħannqu għal dejjem ma’ Qalbu, wara tant snin ta’ servizz lilu u lill-Knisja tiegħu. It-tbissima tiegħu, li tant kienet tagħmlilna ġid, issa joffriha lill-Qalb ta’ Ġesu’ u lil Sant’Andrija bħala talba għalina lkoll. Dettalji dwar il-funeral jingħataw ‘il quddiem.”

Jistrieh fis-sliem.







Ritratti:

Facebook/Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesu’ tal-Fontana

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI