Wara li wiegħed li ser ikun qed jgħid dwar il-kundizzjoni ta’ ommu Agnes, Christopher il-Kaboċċ għadu kif ħabbar li ħarġet mill-isptar.
“GUESS WHO’S BACK. Ix-xwejħa tinsab aħjar fl-aħħar qiegħda magħna d-dar fl-aħħar”. U hekk hu! Agnes tinsab lura d-dar u kulħadd jinsab ferħan għal dan il-kambjament pożittiv. Ninsabu ħerqana għal aktar ċajt u mumenti ħelwin minn dawn it-tnejn!

Ritratt: Christopher Il-Kaboċċ/ il-kaboċċ u x-xwejħa
Fi ftit xhur irnexxielhom jisirqu bosta qlub u ċertament li dawk kollha li jsegwuwhom kontinwament jibqgħu jistennew aktar mingħandhom! Ninsabu kuntenti mmens għalik għażiża u nixtiequlek aktar ġranet ta’ saħħa u kuntentizza!