L-għaqda CSAF, li tant jaħdmu bla waqfien favur ħajja aħjar għall-qtates abbandunati, għadhom kif ippubblikaw avviż importanti u appell għall-għajnuna. Fil-waqt li jifhmu s-sitwazzjoni kritika fejn jidħlu finanzi ta’ kull wieħed u waħda minna, jitolbu biex bil-ftit wieħed jipprova jgħin fejn jista’ permezz ta’ donazzjoni żgħira.
“Kif tistgħu timmaġinaw donazzjonijiet f’dawn l-aħħar 3 xhur kienu baxxi ħafna. Minkejja dak li għaddej madwarna għad għandna ammont enormi ta’ qtates abbandunati madwarna kif ukoll 300 qattus li diġa’ jgħixu magħna, nieħdulhom ħsieb il-feriti, infejjqu lil dawk morda u nsalvaw lill-qtates. Il-kontijiet tal-ilma u l-elettriku għadhom jaslu wkoll, l-Abbozzi tal-Veterinarji għadhom qed jiġu riċevuti .. Ikel, boton u l-ispejjeż l-oħra kollha jibdew jammontaw”
Jekk tixtieq tgħin mill-ftit li tista’ lil din l-għaqda u lil dawn il-mijjiet ta’ qtates, uħud imweġġgħin, tista’ tibgħat donazzjoni kif hu spjegat hawn taħt.