Iktar kmieni llum fuq il-paġna It-Temp Madwarna ġie mtella’ ritratt ta’ tromba tal-ilma li kienet viċin il-gżira ta’ Filfla għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart.
Uħud min-nies li kkummentaw esprimew il-biża’ tagħhom li eventwalment din it-tromba tasal fuq l-art iżda kien hemm ukoll min qal li din hija dehra mill-isbaħ.
L-istess paġna llum ħabbret illi t-temp fis-sigħat li ġejjin għandu jkun “bla xita waranofsinhar u b’iktar xita mifruxa matul il-lejl”