Tirritorna S-Sensiela One Star Hotel Li Kienet Maħbuba Tant Ma' Diversi Nies – Ara Fejn Tista' Taraha!

One Star Hotel, is-sitcom popolari li fil-partijiet ewlenin konna naraw lil Romina u Karl Bonaci flimkien ma’ Ray Attard u Marica Cassar ħa tagħmel ir-ritorn tagħha, din id-darba fuq Facebook. Il-fanataċi kollha ta’ din is-sensiela jistgħu jerġgħu jaraw l-episodju tant maħbuba mill-Maltin u Għawdxin permezz tal-pjattaform ta’ Facebook.

L-istejjer ta’ Flavia u Maurizio żgur li ħa jinżlu tajjeb, ħa jferrħu u jdaħħku lil dawk li mill-ġdid ħa jingħaqdu ma’ dawn il-karattri u jsegwu l-avventuri u l-praspar tagħhom. B’xi mod f’din l-imbiereka lukanda kien jinqala’ minn kollox! Donnu ma setgħux jieħdu ftit ruħ għax dejjem b’xi waħda ġdida!

Mill-bieraħ beda jidher episodju kuljum, fis-18:00 ta’ filgħaxija. Int ħa tkun qed isegwi?





Facebook / F Living



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI