Il-preżentatur tal-programm ‘Popolin’, Quinton Scerri, ilbieraħ sellem lil ħabib tiegħu li ħalliena proprju lbieraħ filgħaxija. Is-Sur Mario Montesin, żabbari li għal Quinton kien persuna ta’ eżempju tajjeb, “F’ħajtek għallimtni x’inhi leata” jikteb Quinton. Mario kien miżżewweġ lil Lucienne u kien ilhom 31 sena miżżewġin u ħalla warajh 3 teżori.
Għal Mario, dawn l-aħħar 7 snin kienu diffiċli ferm, fejn bata’ ħafna. Ħafna ħbieb tiegħu jiddeskrivuh bħala raġel ta’ kuraġġ kbir u kien jaf jitkellem fuq kollox, ċertament li ħalla vojt kbir fil-familja sbaiħa tiegħu.
Żomm ħarstek fuq il-familja tiegħek Mario, strieħ fi sliem.