Tista’ Tirċievi €40 F’Vouchers Tal-Gvern… B’Kundizzjoni Waħda! – Araw X’Inhi

Illum fid-8:45pm fl-MCC tal-Belt se jiġi organizzat il-proġett RESTART imħejji minn Festivals Malta bl-iskop li d-dinja tal-ispettaklu terġa’ tieħu spinta fil-gżejjer Maltin wara d-daqqa ‘l isfel li ħadet bil-pandemija tal-Covid-19. 

Il-motto ta’ dan il-festival li ser ikun imtella’ minn Danusan, Comedy Knights u t-tim ta’ Bla Kondixin, huwa “Rethink. Recover. Reinvent.” – L-idea hi li wara li jseħħ, tiġi analizzata s-sitwazzjoni tal-każijiet pożittivi ta’ Covid, wara li dawk kollha li ser jattendu mhux ser ikun lebsin maskla, iżda ser jidħlu billi jippreżentaw ċeritifikat tal-vaċċin. 

Madanakollu, dan ser ikun jirrikjedi li jittieħed PCR test mill-parteċipanti kollha tal-proġett wara l-avveniment.  Bħala ringrazzjament għal dan l-att, dawn ser ikunu qed jirċievu €40 f’vouchers tal-Gvern.  

Nittamaw li dan il-proġett jirriżulta f’bidu ġdid għal attivitajiet simili mingħajr problemi!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI