Titħabbar Aħbar Sabiħa Għaż-Żwieten Kollha – Madanakollu Fadal Biss Diffikultà Waħda

Ġewwa ż-Żejtun jidher li x-xogħol ta’ restawr fuq il-knisja parrokkjali qed jitkompla u bosta żwieten jinsabu ħerqana għar-riżultat finali. Wirt Iż-Żejtun kitbu dwar dan fuq il-paġna tagħhom.

Illum thabbar li x-xoghol ta’ restawr fuq il-faccata principali tal-knisja parrokkjali ta’ Santa Katarina taz-Zejtun ser jibda fl-24 t’Awwissu. Ahbar sabiha li hafna Zwieten ilhom jistennew.”

Jonqos biss problema waħda li dwarha jindirizzaw lill-Awtoritajiet tas-Saħħa u lill-pulizija. 

“Fl-istess waqt qed naraw ukoll żieda qawwija ta’ ħamiem li qiegħed ibejjet f’postijiet madwar il-knisja, b’ mod partikolari fuq in-naħa tal-Oratorju. Dan mexa hemm wara li saru l-ispikes fil-partijiet li ġew restawrati.” Huma jappellaw fost l-oħrajn lill-pulizija biex iħarku lil min jinqabad jagħlef lill-ħamiem u dan jiktbu li hu skont providimenti mil-liġi.



 



Int x’taħseb dwar dan? 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI