Bħalissa, Heritage Malta qed joffru ċ-ċans lill-pubbliku biex iżur Fort Delimara. Din is-sit is-soltu tkun magħluqa għall-pubbliku u għalhekk kulħadd għandu jaħtef din l-opportunità.
Fort Delimara nbniet bejn l-1876 u 1866 mill-Ingliżi bħala parti mill-fortifikazzjonijiet li jipproteġu l-port ta’ Marsaxlokk.
Minħabba rispons inkoraġġanti, Heritage Malta żiedu wkoll data oħra, is-Sibt id-disgħa ta’ April.
Fuq il-paġna tagħhom ta’ Facebook, huma kitbu, “Issa hemm ukoll data oħra li tista’ żżur Fort Delimara. Titlifx iċ-ċans li ddur madwar dan is-sit storiku normalment magħluq nhar is-Sibt 9 ta’ April.”
Jekk tixtieq tibbukja biljett, tista’ tagħmel dan billi tagħfas hawn.
Facebook/Heritage Malta