B’konsegwenza tal-maltemp li ħakem lil pajjiżna llum, xi tiżjin tal-Milied li kien qiegħed fid-daħla tal-Belt Valletta spiċċa ġarrab xi ħsarat.
F’filmat li tellgħet fuq il-midja soċjali l-personalità lokali Terry ta’ Bormla, xi tiżjin jidher ukoll li waqa’ fil-foss tal-Belt Valletta minħabba r-riħ li ħakem.
Facebook / Terry Muscat