“Tkejlux L-Irġulija Ta’ Bniedem Mill-Ħwejjeġ Li Jilbes, Ħuti, Għax Naħseb Li Aktar Iva Milli Le Sejrin Tiżbaljaw” – Mid-Djarju Tat-Timba

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu Mid-Djarju tat-Timba, tkellem dwar suġġett kemmxejn differenti mit-temp hekk kif tkellem dwar il-ħwejjeġ.

Qal, “Tkejlux l-irġulija ta’ bniedem mill-ħwejjeġ li jilbes, ħuti, għax naħseb li aktar iva milli le sejrin tiżbaljaw. Ġieli kelli lil xi ħadd li jistmer id-dehra tiegħi u anki kien hemm xi drabi li jgħodduni ta’ injurant għax nidher bi ħwejjeġ “tat-tilqit”, imma nagħmel ta’ b’ruħi li ma nagħtix kas, però inkun qiegħed inweġġa’.”

Żied, “Rożi ġieli tgħidli narmihomlok dawk il-flokkijiet għax ittaqbu, jiena ngħidilha li tarmihom nieħu l-ġodda u ntaqqabhom! Imma nirraġunaw, għall-inqas nipprova ftit u iċċedi, eq ejjew ngħidu l-verità ngħidilha, jekk tarmili dawn in-nofs tużżana flokkijiet mhux xorta sejra ttini nofs tużżana oħra ġodda? Tgħid li hija verità u tagħmel sens. L-uniformi tas-sajf tiegħi hux, min irid iħares kemm irid imma qatt tiġġudikani bl-ilbies eh jew għax ikolli xi roqgħa.”

Qal ukoll, “Bniedem kejlu mill-qalb li joffri, mill-ħeġġa tax-xogħol li jkollu u r-rispett lejn ħaddieħor. Nistqarr li jiena naqra żorr, jew hekk jieħdu l-ewwel impressjoni, jew hekk jista’ jkun li jien. M’iniex fil-pożizzjoni li niġġudika lil min jilbes il-ġlekk ovja għax kulħadd jilbes skont xogħlu u lanqas li kont fil-pożizzjoni m’iniex sejjer ngħid xejn u viċi versa. Titkażawx bija jekk taraw ħafna ritratti bija bl-istess ħwejjeġ però naħlifilkom li Rosie taħsilhomli.”







Ritratti:

Facebook/Mid-Djarju Tat-Timba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI