Fid-diskors tal-lejla, il-PM qal li qed jirċievi bosta messaġġi minn nies differenti. Fost dawn tkellem ma’ nantu li għandha ‘l fuq minn 90 sena u qaltlu “Meta ser toħorġuni minn hawn?”. Il-Prim Ministru qalilha “Issa nsaqsi lil Chris u lil Charmaine. Hemm moħħha biex tgħix il-ħajja avolja fraġli”.
“Taħsbu li lbieraħ li mort għand ommi u rajtha bil-maskra. Taħsbu li mhijiex ta’ qsim il-qalb?… Filgħodu mort il-gym u żgħażagħ qaluli ‘Ara ma ssakarniex ġewwa għax għandna ħajjitna’… Irċivejt messaġġ u qalli ‘għandna bżonn lockdown’…” – il-PM
Robert Abela jgħid li ta’ kuljum jirċievi dawn il-messaġġi u għandu jieħu deċiżjonijiet iebsin waħda wara l-oħra. “Taf li b’kull deċiżjoni li ser tieħu ser tweġġa’ lil xi ħadd. Dik hija r-realtà! Immaġinaw kieku ma ħadniex deċiżjoni? …”