Francesca Rausi hi tifla ta’ 10 snin li ma tħallix il-kundizzjoni tad-down-syndrome twaqqafha milli twettaq il-ħolm tagħha. Tant hu hekk li llum stess waqt is-serata tal-immudellar ta’ Gaffiero Stars irnexxielha tirbaħ it-titlu ta’ Miss Simpatika.
Fuq il-midja soċjali, omm Francesca, Michelle, fissret kemm tinsab kburija li bintha qed tkompli tegħleb diversi perċezzjonijiet żbaljati li jeżistu dwar il-kundizzjoni tad-down-syndrome.
“Il-kunfidenza u s-simpatija tiegħek huma ta’ ispirazzjoni,” saħqet l-omm lil bintha.
Facebook / Michelle Rausi