Bħalissa kulħadd jibda jiprepara biex jibgħat lil uliedu għall-iskola jew xi istituzzjoni li jkun se jattendi. Mhux kulħadd bl-istess esperjenza u eċitament, speċjalment dawk il-ġenituri li jkunu ser jibagħtu lil tagħhom għall-ewwel darba! Eżatt bħal Danita minn One Chick and a Yorki!
Fil-fatt fuq il-midja soċjali għadha kif tefgħet ritratt ta’ binha lest biex jibda l-ewwel ġurnata tal-iskola tiegħu! Mid-dehra Lenny jidher kuraġġuż u lest għal din l-esperjenza ġdida, iżda bħala omm Danita, tkun xi ftit anzjuża!
“Jagħmillek il-kuraġġ hu kieku, ħa naraw xħin naslu! Tlaqna ħa naraw… Awguri Lenny!” Il-biża’ tkun hemm xi ftit sakemm tara lil uliedek deħlin l-iskola mingħajr ma jibku, bir-raġun!
Tgħid kif se jirreaġixxi Lenny? Minn qalbna nawgurawlu li jieħu gost u li jidhra malajr! Isa kuraġġ Danita!