Il-paġna tal-Arċidjoċesi ta’ Malta għadha kemm ħabbret ħatriet ġodda li seħħew fil-gżejjer Maltin. Tliet saċerdoti ġew fdati rwol ġdid fil-vokazzjoni spiritwali tagħhom.
L-Arċisqof Charles Scicluna qed jafda il-ħidma pastorali tal-parroċċa ta’ Kristu Rxoxt f’Pembroke f’idejn Dun Aayrton Muscat biex ikun il-kappillan il-ġdid tagħha.
Apparti minn hekk, qed jafda l-ħidma pastorali fil-Junior College f’idejn Dun Jesmond Grech, li se jkun responsabbli mill-ħidma pastorali mal-istudenti, letturi u staff ta’ dan il-kulleġġ.
L‑Arċisqof Charles Scicluna ħatar ukoll lil Dun Jean-Claude Schembri bħala d-Direttur Nazzjonali tal-Abbatini. Monsinjur Arċisqof irringrazzja lil Dun Frans Bonnici li serva f’din il-kariga għal snin twal.
It-tlieta għandhom missjoni li biha ser ikomplu jsaħħu l-ispiritwalità u jgħin fit-tixrid tal-Kelma.