Silvio Parnis huwa bniedem maħbub minn ħafna, u bla dubju kulħadd ser jibqa’ jiftakar fil-kwalitajiet sbieħ tiegħu. Fost dawk li selmulu kienet il-Membru Parlamentari Katya De Giovanni.
“Illum jagħlaq tliet snin minn meta Silvio ħalla din id-dinja. Silvio, kien bniedem tan-nies, ġentlom, viċin in-nies u ta’ rispett. Żgur mhux forsi li Silvio u l-kuġin tiegħi Karl Chircop dejjem ħadmu flimkien biex ikunu ta’ servizz għall-poplu tar-Raba’ Distrett. Strieħ fis-sliem għażiż Silvio.”
Silvio jibqa’ magħruf bħala preżentatur ta’ diversi programmi. Hu kien beda l-karriera politiku tiegħu bħala sindku ta’ Raħal Ġdid.
Għamel ħames leġiżlaturi bħala Deputat Parlamentari. Serva wkoll fil-Kabinett tal-Ministri bħala Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet kif ukoll għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità.
Insellmu l-memorja tiegħu.
Facebook/ In Loving Memory of Silvio Parnis