"Tliet Snin Wara Dik Il-Ġurnata" – Il-Ministru Ian Borg Ifakkar Ċelebrazzjoni Speċjali

F’post fuq il-midja soċjali, ilbieraħ filgħaxija l-Ministru Ian Borg fakkar li 8 ta’ Lulju għalih u għal martu Rachelle hu jum speċjali għax fih ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ. Hu qasam ritratt tiegħu ma’ martu u ċ-ċkejkna tagħhom fejn kiteb, “3 snin wara dik il-ġurnata. Grazzi lil kull min kiteb jawguralna. Inħobbok.”





Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ningħadu man-numru sabiħ ta’ persuni li awguraw lill-Ministru u lil martu f’dan il-jum għażiż. Nawgurawlhom li l-imħabba tagħhom tkompli titkattar u tikber. Kumment li ġibdilna l-attenzjoni tagħna kien il-kumment ta’ Peppi Azzopardi fejn qal lill-koppja, “għozzu l-fatt li tibżgħu għal xulxin, qed niltaqa’ ma diversi koppji li spiċċaw jibżgħu minn xulxin…. ġmiel u ċelebrazzjoni ta’ mħabba.”

Awguri minn qalbna.

Facebook / Ian Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI