Iż-Żejtun u l-Birgu servew ta’ fortuna kbira u kumbinazzjoni ikbar għal xi wħud li xtraw il-biljetti tal-lottu mingħandhom, hekk kif tlieta min-nies li ttantaw xortihom f’din il-logħba rebħu wara li xtraw il-biljetti tagħhom mingħand aġenti f’dawn il-postijiet.
Huma rebħu €166,666 kull wieħed, għax qatgħu 4 numri mill-5 li kellhom fuq il-biljett tal-lottu. Din il-logħoba fejn tittanta xortik hija popolari ħafna mal-Maltin. Tgħid ser naraw iktar nies jittantaw xortihom b’biljetti li nxtraw minn dawn l-irħula?