L-NGO Raniero’s Adventures flimkien mal-organizzazzjonijiet Żibel u l-Malta Tourism Authority għamlu cleanup ġewwa ċ-Ċirkewwa, l-Mellieħa. Huma naddfu is-South Quay minn diversi karozzi mormija bi traskuraġni fil-baħar.
Il-voluntiera minn dawn l-organizzazzjonijiet għenu biex inaddfu l-baħar minn żibel daqshekk goff.
“Tlifna l-għadd tal-ammonti ta’ karozzi li neħħejna. Proset lill-voluntiera kollha li ġew biex jassistu u jagħtuna daqqa t’id,” kitbu fuq il-paġna tagħhom tal-Facebook Raniero’s Adventure-Live Life.
Din kienet waħda mill-cleanups annwali li tiġi organizzata f’Paradise Bay.
Facebook/ Raniero’s Adventure-Live Life